Tkompli l-ħidma konsultattiva tal-Partit Nazzjonalista hekk kif matul il-jum saret laqgħa mal-Assoċjazzjoni tat-Temping Agencies u tal-Outsourcing fejn tkellmu dwar l-isfidi li qed jaffaċċjaw.
L-Assoċjazzjoni – li bħalissa tirrappreżenta madwar 20,00 ħaddiem – qalet li l-liċenzjar kien pass ‘il quddiem. Però, hemm bżonn li miżura bħal din tkompli tiġi aġġornata matul is-snin sabiex jonqos l-abbuż.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qabel mas-sentiment tal-Assoċjazzjoni u saħaq fuq il-bżonn li jkun hemm l-infurzar b’rabta mal-liċenzjar. Dan filwaqt li qal li l-politika tal-Partit Nazzjonalista dejjem kienet waħda ta’ bilanċ u serjetà u li Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jittollera l-abbuż.
Intant, għal din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Ivan Castillo.
//= $special ?>