Ftit tal-ħin ilu vettura tal-għamla Range Rover ħadet in-nar fi Triq Sir Anthony Mamo.
Uffiċjal tal-Pulizija kkonferma ma’ Net News li għal xi raġuni il-vettura waqfet taħdem. Is-sewwieq niżel jara x’kienet ir-raġuni għalfejn il-vettura waqfet taħdem u ftit tal-ħin wara l-vettura ħadet in-nar.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.
Fil-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija li bħalissa qegħdin jikkontrollaw it-traffiku. Filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fil-post biex jikkontrollaw in-niren.
//= $special ?>