Internazzjonali

10 persuni jmutu f’nirien li ħakmu dar tal-anzjani fi Spanja

Tal-inqas 10 persuni sfaw mejta u għexieren oħra ndarbu wara li resdenza tal-anzjani f’Zaragoza, fi Spjanja, ħadet in-nar.

In-nar beda fil-vilagg ta’ Villafranca de Ebro aktar kmieni dalgħodu, u uffiċjali qalu li iktar minn 80 persuna kienu qed jgħixu f’din id-dar residenzjali.

Dan iċ-ċentru kien infetaħ madwar 16-il sena ilu, madanakollu matul is-snin din bdiet tispeċjalizza wkoll f’residenza li toffri kura għas-saħħa mentali.

Uffiċjali tat-tifi tan-nar qalu li n-nar ġie kkontrollat, però fost dawk midruba hemm żewġ persuni li ttieħdu l-isptar għal aktar kura fejn waħda minnhom ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u li tinsab f’qagħda kritika.

Huwa mifhum li l-kaġun tan-nirien kien saqqu, filwaqt li l-etajiet ta’ dawk li tilfu ħajjithom għadha mhux magħrufa.