Fl-aħħar ħinijiet, il-President-Elett Donald Trump għamel l-ewwel diskors tiegħu minn meta ġie elett.
L-attur ta’ fama mondjali Sylvester Stallone ospita din l-attivita, filwaqt li preżenti kien hemm diversi persuni influenti fosthom Elon Musk u l-President tal-Argentina.
Fi Florida Trump mill-ewwel iddikjara li l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna għandu jieqaf.
Aktar kmieni, Donald Trump ħabbar li se jkun qed jinnomina lil Robert F Kennedy Jr bħala s-Segretarju tas-Saħħa – Kennedy Jr huwa magħruf għax-xettiċiżmu tiegħu fuq il-vaċċini.
Trump qal li Kennedy Jr se jkun qed jipproteġi lil Amerika minn kimiċi u pestiċidi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-bneidem.
Madanakollu, din in-nomina ma niżlet tajjeb xejn mal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Pubblika li qalet li se jkunu qed jopponu n-nomina ta’ Robert F Kennedy Jr bħala Segretarju tas-Saħħa.
//= $special ?>