L-Italja saħħet postha fil-quċċata tal-Grupp filwaqt li l-Ingilterra kisbet rebħa importanti f’ġurnata oħra ta’ partiti mill-UEFA Nations League. Kien hemm ukoll aktar logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mill-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel.
League A: Grupp 2
Belġju 0 Italja 1
Double mill-Italja fuq il-Belġju sabiex bir-raba’ rebħa minn ħames partiti, saħħet postha fl-ewwel post fil-grupp bi 13-il punt.
Fil-11-il minuta l-Italja marret fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Giovanni di Lorenzo, kien SANDRO TONALI li għeleb lil Koen Casteels. Gowl li kien biżżejjed għall-Italja li għalqet il-partita bir-raba’ rebħa fil-grupp
League B: Grupp 2
Grecja 0 Ingilterra 3
Fl-Istadium Olimpiku ta’ Ateni kienet reġistrata rebħa komda għall-Ingilterra li taffiet it-telfa kontra l-istess Greċja fl-ewwel partita f’Wembley Stadium
Wara biss 7 minuta l-Ingilterra kisbet il-vantaġġ permezz ta’ OLLIE WATKINS li minn azzjoni ta’ Noni Madueke għeleb lil Odysseas Vlachodimos. Dan kien vantaġġ minimu fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-78 minuta l-Ingilterra rdoppjat b’awtogowl ta’ VLACHODIMOS sabiex ħames minuti wara, minn azzjoni ta’ Morgan Gibbs White kien CURTIS JONES li għamel l-iskor 3 – 0 u għalaq il-partita.
Irlanda 1 Fillandja 0
Fl-Aviva Stadium, rebħa minima għall-Irlanda, it-tieni waħda fil-grupp bil-Fillandja tibqa’ mingħajr punt wara ħames partiti.
Fil-45 minuta l-Irlanda skorjat il-gowl deċiżiv. Minn azzjoni ta’ Mickey Johnston kien EVAN FERGUSON li għeleb lil Lukas Hradecky. Fit-tieni taqsima, kibret il-pressjoni mill-Fillandja. Fis-77 minuta Ferguson lagħab il-ballun b’idu fil-kaxxa, bir-referee jsaffar penalty għall-Fillandja. Tah Joel Pohjan iżda Kelleher salva l-penalty u eventwalment ir-riżultat.
League B Grupp 3
Kazakhstan 0 Awstrija 2
Żewġ gowls f’nofs l-ewwel taqsima, kienu biżżejjed għall-Awstrija biex barra minn darhom għelbu lil Kazakhstan u telgħu fl-ewwel post tal-grupp, b’10 punti flimkien man-Norveġja.
Fil-15-il minuta minn azzjoni ta’ Stefan Posch kien CHRISTOPH BAUMGARTNER li għleb lil Pokatilov. Fit-23 minuta tkeċċa għal Kazakhstan, Aleksandr Marochkin, sabiex żewġ minuti wara kien MICHAEL
Fir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mill-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel, kien hemm aktar partiti, bl-Argentina jkunu megħluba mill-Paragwaj u l-Brazil jiksbu draw.
Paragwaj 2 Argentina 1
Telfa xejn mistennija għaċ-Champions tad-Dinja li iżda xorta baqgħu fl-ewwel post bi 22 punt minn 11-il partita.
Wara 11-il minuta, minn azzjoni ta’ Enzo Fernandez kien LAUTARO MARTINEZ li poġġa lill-Argentina fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata mill-Paragwaj li fid-19-il minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ ANTONIO SANABRIA li minn azzjoni ta’ Gustavo Velasquez għeleb lil Emiliano Martinez. Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, kien OMAR ALDERETE li minn pass ta’ Diego Gomez għeleb lil Martinez għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.
Venezuela 1 Brazil 1
Draw li kien biżżejjed għall-Brazil biex saħħew posthom fit-tielet post bi 17-il punt. Fit-43 minuta kien RAPHINHA li għeleb lil Rafael Romo biex poġġa lill-Brażil fil-vantaġġ. Wara minuta tat-tieni taqsima, il-Venezuela kisbet il-gowl tad-draw permezz ta’ TALASCO SEGOVIA li minn azzjoni ta’ Jefferson Severino għeleb lil Ederson.
//= $special ?>