Il-Ministru Clayton Bartolo, wara jiem sħaħ jaħrab mill-midja, tfaċċa fil-pubbliku; għalkemm xorta waħda baqa’ jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet b’rabta mal-iskandlu tiegħu, ta’ martu, u ta’ sieħbu Clint Camilleri.
Fil-fatt, Bartolo mhux talli għażel li ma jerfax ir-responsabbiltà politika u jwarrab mill-pożizzjoni tiegħu, iżda saħansitra qed jibqa’ jinsisti li dak li qed jintqal fuqu huwa biss gideb. Bil-Ministru, affaċjat minn għadd ta’ domandi mill-ġurnalisti, deher viżibbilment skomdu.
L-iskandlu – li l-Ministru ma jridx jirreferi għalih bħala frodi – idur mal-paga ta’ €70,000 li martu ħadet għal xejn, sabiex wettqet xogħol fantażma.
U sa issa Clayton Bartolo għadu qed jaħrab milli jwieġeb jekk hux se jingħataw il-flus lura; eluf li ttieħdu minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.
Aktar kmieni matul il-jum, kemm Calyton Bartolo u anke Clint Camilleri kienu preżenti f’Kastilja għal-laqgħa tal-Kabinett. Għalkemm sorsi minn Kastilja ikkonfermawlna li Robert Abela lanqas kellu saħħa jindirizza din il-kwistjoni serjissima li qed tkompli titfa’ pressjoni enormi fuq il-Gvern
Intant, Net News staqsa wkoll lill-Ministru Bartolo kif qatt jista’ jaċċetta li martu ħadet l-eluf ta’ ewro meta ħaddiema fis-settur tal-films għadhom ma tħallsux. Bil-Ministru jipprova jmeri anke dan il-fatt magħruf.
//= $special ?>