L-iStudenti Demokristjani Maltin mill-ġdid fil-Kunsill Studenti Junior College.
Wara 8 snin, l-SDM rnexxiela tikseb żewġ rappreżentanti fil-KSJC fl-elezzjonijiet li saru l-Ġimgħa.
B’hekk issa, l-KSJC se jkollu 2 rappreżentanti tal-SDM u 6 rappreżentanti tal-għaqda soċjalista Pulse, bl-organizazzjoni Pulse tikseb il-maġġoranza għas-sena li ġejja.
Madanakollu, id-distakk bejn iż-żewġ organizazzjonijiet naqas drastikament, b’dak li kien kważi 400 vot fis-sena tal-2023, issa huwa ta’ mhux aktar minn 30 vot.
L-elezzjoni li saret il-Ġimgħa saret online, bil-mumenti ta’ qabel ma ħareġ ir-riżultat ikunu mimlijin tensjoni għaż-żewġ naħat. Kien imbagħad li għall-ħabta tas-6:30pm li l-SDM f’ewforija ddikjaraw illi kienu huma li kisbu żewġ siġġijiet minn tmienja fil-KSJC, dan kollu wara 8 snin ta’ maġġoranza Pulse.
L-aħħar sena li kunsill fil-Junior College kien b’rappreżentanti miż-żewġ organizazzjonijiet kien lura fl-2012.
//= $special ?>