Lokali

Ma jistgħux jagħmlu promozzjoni ta’ film Malti għall-Oscars

Kważi lanqas titwemmen. Il-Gvern mhux jagħti appoġġ finanzjarju lill-producers tal-film ‘Castillo’ biex ikun il-film nominat minn Malta għall-Oscars.

Tweġġagħni li għaddew kważi xahrejn u ħadd ma kkuntatjana biex jagħtina dak li hu ta’ bid-dritt tagħna.

Din kienet id-dikjarazzjoni li għamlet il-producer lokali Abigail Mallia waqt intervista li tat lill-programm NETLIVE fejn stqarret li din… u raġunijiet oħrajn… wassluha biex titlaq minn pajjiżna, wara 26 sena taħdem f’dan is-settur.

Lil Abigail Mallia staqsejniha wkoll għalfejn ma kenitx attendiet għall-famużi Film Awards.

Abigail Mallia kellmitna wkoll dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni bejn il-film commission u l-esperti fl-industrija.

Hi stqarret magħna li ftit li xejn hemm tama li l-affarijiet jinbidlu jekk il-Film Comission ma tinbidilx.