“Robert Abela mwerwer jitkellem fuq dak li għamel Clayton Bartolo. Lanqas biss azzarda jsemmi dan is-suġġett fil-laqgħa tal-Kabinett. Kienet surreali.”
Hekk stqarrew magħna diversi sorsi mill-qalba ta’ Kastilja li tawna dettalji dwar dak li seħħ illum waqt il-laqgħa tal-Kabinett.
Il-laqgħa saret fl-10am. Clayton Bartolo u Clint Camilleri kienu preżenti. Iżda Abela beża’ mqar isemmi nofs ta’ kelma dwar il-kundanna li hemm fuqhom mill-Kummissarju tal-Istandards.
Is-sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-Prim Ministru, fejn jidħol Clayton Bartolo, għandu jdejh marbutin. Dan għaliex Bartolo – fl-2019 – kien l-ewwel Ministru li appoġjah pubblikament għat-tmexxija. U minħabba dak li seħħ f’dak il-perijodu, Abela baqa’ jbaxxi rasu għal dak kollu li jagħmel Bartolo.
//= $special ?>