Jirriżulta li llum se jkun qed jitressaq il-Qorti raġel li se jiġi akkużat b’rabta ma’ kirjiet li saru b’mod illegali; bl-użu ta’ ID cards li kienu foloz jew doppji. Dan b’rabta mal-allegazzjonijiet serjissimi li kien ħareġ xhur ilu l-avukat Jason Azzopardi.
Jirriżulta li dan ir-racket, li għadda minn taħt imnieħer l-uffiċjali ta’ Identity Malta, jaf ilaħħaq il-miljuni ta’ ewro.
Is-sit LovinMalta qed jgħid li dan ir-raġel, li qed jiġi implikat f’dan l-iskandlu, ġie arrestat.
Jirriżulta li r-racket tal-ID cards ilu għaddej sa mill-2015.
//= $special ?>