Is-Sibt waranofsinhar, Ramires Sciberras, it-tfajjel Malti rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li sar f’Madrid, Spanja – bit-tema “Let’s Bloom”.
B’interpretazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta “Stilla Ċkejna”, kitba ta’ Aleandro Spiteri Monseigneur, Lon Kirkop u Peter Borg, Ramirez Sciberras kklassifika fil-5 post b’153 punt.
Intant, Georgia, bil-kanzunetta ‘To My Mum’ rebħet it-22 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest. Bil- Portugall bil-kanzunetta ‘Esperanca’ u l-Ukrajna bil-kanzunetta ‘Hear Me Now’ jikklasifikaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Malta reħbet il-Junior Eurovision darbtejn, fejn fl-2013 Gaia Cauchi kienet klassifikat fl-ewwel post permezz tal-kanzunetta ‘The Start’, filwaqt li sentejn wara, fl-2015, Destinty kienet rebħet b’”Not My Soul”.
Il-Junior Eurovision Song Contest beda lura fl-2003, fid-Danimarka… fejn jikkompetu 16-il pajjiż bir-rebieħa tkun il-Kroazja b’134 punt.
//= $special ?>