Lokali

“Nhar it-Tnejn niltaqgħu l-Belt ħalli nibagħtu messaġġ” – Bernard Grech

Nhar it-Tnejn kulħadd għall-Belt, sabiex insemmgħu leħinna u nibagħtu messaġġ li l-pajjiż Malti huwa tal-poplu u mhux tal-ftit.

Dan kien dak li stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien intervistat fuq NETFM is-Sibt filgħodu, fejn appella sabiex nhar it-Tnejn kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fi protesta, sabiex il-poplu jsemma’ leħnu.

Fid-diskors li wassal, il-Kap tal-PN spjega li kienu l-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri li taw €70,000 lill-mara tal-Ministru filwaqt li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin qed jistudjaw u jinstikaw sabiex jagħtu lilhom nfushom ħajja li tixraqilhom, filwaqt li n-negozji u l-kumplament tal-poplu jagħmel sagrifiċċji kbar sabiex ikollu l-ħajja li għandu bżonn.

Kien il-Kap tal-PN li tenna l-appell sabiex il-poplu jingħaqad mal-PN f’din il-protesta; dan għaliex verament tagħmel differenza, bħalma għamlet differenza l-protesta li saret barra Kastilja b’rabta mal-każ ta’ Jean Paul Sofia – bil-Prim Ministru jkun sfurzat li jdur mid-deċiżjoni tiegħu.

Kien il-Kap tal-PN li b’risposta għal telefonata minn żagħżugħa, spjega li Malta Żagħżugħa hija mimlija enerġija, fejn appella lill-poplu kollu li dan huwa pajjiżu.

Intant, il-Kap tal-PN spjega li l-PN se jkun qed jinvesti f’edukazzjoni li tagħti spazju għall-critical thinking, filwaqt li anke jħares lejn l-edukazzjoni artistika.

Bernard Grech spjega wkoll li għandna Gvern li ma jinvestix u li ma jridx jifhem lill-poplu Malti; fejn matul l-aħħar ġimgħa rajna l-avveniment tant importanti tas-SIGMA li Gvern Laburista ma ppjanax għalih.