Lokali

Raġel iweġġa’ f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 30 sena minn Wied il-Għajn kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku bil-mutur, f’Raħal Ġdid.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsinhar fi Triq Dom Mintoff, Raħal Ġdid.

Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda Hornet, meta tilef il-kontroll ta’ dan il-mutur u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, fejn huwa ngħata għajnuna mit-tim mediku, ittieħed l-Isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.