Lokali

Sewwieq jittieħed l-Isptar wara li nqaleb bil-karozza f’inċident fis-Siġġiewi

Sewwieq ta’ 42 sena mis-Siġġiewi kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei, dan wara li nqaleb bil-karozza f’inċident fis-Siġġiewi.

Dan l-inċident seħħ kmieni s-Sibt filgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħodu fi Triq it-Tiġrija, fis-Siġġiewi.

Is-sewwieq kien qed isuq Toyota meta tilef il-kontroll ta’ din il-vettura u nqaleb.

Għaldaqstant, fuq il-post isejjaħ tim mediku, li ha s-sewwieq l-Isptar Mater Dei.

Madankollu, il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.