Sport Waterpolo

Stevie Camilleri jagħti rebħa missielta lil Neptunes … San Ġiljan, Sliema u Sirens jirbħu wkoll fil-ftuħ tal-Enemed Cup

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 15

VALLETTA IZIBET………………. 14

(5-2), (3-3), (4-7), (3-2)

Stevie Camilleri kien l-eroj għal Neptunes Videoslots wara rebħa missielta ta’ 15-14 fuq Valletta Izibet. In-numru sebgħa mhux biss spikka fl-attakk imma wkoll biex mexxa liż-żgħażagħ sħabu fl-ilma. Valletta setgħu rebħu l-konfront iżda ma kinux preċiżi fil-mumenti importanti, speċjalment lejn it-tmiem.

Għal Valletta għamlu d-debutt Mark Carani, Zak Cutajar Licari u Ken Erdogan. Spikka s-sehem tar-Russu Ivan Nagaev li baqa’ fit-tim Belti. Neptunes kellhom lil Jordan Camilleri nieqes filwaqt li ħallew il-klabb Alan Borg Cole u Gabriel Pace, b’Alec Fenech u Jake Muscat qed jilagħbu barra minn xtutna. Il-captain Stevie Camilleri kien inkluż fit-tim b’mod regolari.

Neptunes fetħu vantaġġ ta’ 5-2 fl-ewwel sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi. Valletta naqqsu d-distakk għal 6-5 fit-tieni sessjoni sakemm doppjetta ta’ Sam Gialanze ħalliet id-differenza ta’ tliet gowls favur Neptunes.

Valletta bdew l-aħjar fit-tielet sessjoni, naqqsu d-distakk għal 8-7 u tħabtu sakemm għamlu l-iskor 10-10. Stevie Camilleri skorja doppjetta iżda fiż-żewġ okkażjonijiet, Valletta ġabu d-draw. Kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni. Hawn reġa’ spikka Camilleri li għamilhom 14-12 u wara li Valletta ġabu d-draw, skorja l-gowl tar-rebħa.

Neptunes: Mat. Castillo, L. Mallia, S. Gialanze (4), A. Aquilina, M. Lanzon, J. Valletta, S. Camilleri (7), Mar. Castillo (2), J. Pawley, L. Montebello Brownrigg, A. Fava, E. Mallia, M. Farrugia, R. Spiteri (2)

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (1), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil (3), Z. Cutajar Licari, M. Zammit (2), I. Nagaev (5), K. Borg (2), K. Erdogan, M. Chircop (1), K. Cremona, G. Borg, L. Hyzler

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 16

BIRŻEBBUĠA ASC……………….. 6

(2-2), (4-2), (4-1), (6-1)

San Ġiljan JP Projects bdew jiddefendu l-kompetizzjoni li rebħu s-sena l-oħra b’rebħa komda fuq Birżebbuġa. Għalkemm kienu mingħajr il-gowlkiper Jake Tanti, il-captain Matthew Zammit u Darren Zammit, il-Ġiljaniżi xorta kellhom kontroll tal-logħba. Spikka r-ritorn ta’ Ben Plumpton li skorja tripletta fl-aħħar sessjoni wara sospensjoni ta’ 12-il logħba. Għal Birżebbuġa ddebutta bħala kowċ Edward Aquilina wara esperjenza pjuttost twila taħt it-tmexxija ta’ Pierre Borg.

Nikolai Zammit spikka f’żewġ mumenti partikolari meta fit-tieni sessjoni dawwar il-vantaġġ favur San Ġiljan 4-3 u skorja doppjetta bejn it-tieni u t-tielet sessjoni u kabbar il-vantaġġ għal 7-4. Minn hemm, it-tim immexxi minn Zeljko Kovacic ikkontrolla mingħajr diffikultà, bil-plejers ta’ Birżebbuġa bdew isofru wkoll mill-pożizzjonament fil-pitch.

San Ġiljan: M. Xerri, N. Bugelli (2), D. Tully, S. Cutajar Casha (1), R. Caruana, N. Bonavia, J. Bonavia (1), B. Plumpton (3), J. Abela (2), N. Zammit (5), V. Figliomeni, N. Schiavone (2), Z. Attard, G. Bonavia

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (1), M. Cassar (1), D. Incorvaja, S. Bezzina, M. Manara (1), J. Abdilla, N. Saliba (2), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino, M. Curmi, S. Livori, J. Cauchi (1)

Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca

SLIEMA FRANK SALT……….. 25

MARSASKALA OPTIMA…….. 0

(6-0), (7-0), (5-0), (7-0)

Sliema Frank Salt bdew il-kompetizzjoni kif mistenni b’rebħa dominanti kontra Marsaskala Optima 25-0. Is-Slimiżi ġejjin minn staġun tas-sajf mill-aqwa filwaqt li riċentament ikkwalifikaw għall-fażi li jmiss taċ-Challenger Cup.

Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti anki jekk Sliema niżlu għal-logħba b’disa’ plejers. Il-gowlkiper Nicky Grixti, Jamie Gambin, Jayden Cutajar u Andreas Galea kienu neqsin filwaqt li Zach Mizzi u Matthew Castillo ħallew il-klabb. It-tim ta’ Marsaskala kien miżgħud biż-żgħażagħ u mis-sajf li għadda tilfu lil Mark Carani u Kyle Navarro.

Julian Chircop spikka għal Sliema b’doppjetti fl-ewwel żewġ sessjonijiet li fihom Sliema skorjaw 13-il darba. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess, b’Jayden Cassar skorja tripletta fit-tielet sessjoni u John Brownrigg sab ix-xibka tliet darbiet fl-aħħar sessjoni.

Sliema: A. Theuma, E. Schembri (2), L. Galea (3), J. Chircop (6), B. Cachia, J. Cassar (4), D. Rizzo (2), J. Brownrigg (5), D. Zammit (3)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Bilgrin, J. Pace Mizzi, J. Simpson, R. Greco, M. Agius, C. Harrison, K. Grech, G. Sammut, J. Ciantar, J. Colombo, L. Gatt, N. Spiteri

Referees: Juana Cauchi, Richard Magri

SIRENS BUILD FITNESS…….. 10

EXILES WELBEE’S……………….. 3

(3-0), (2-1), (2-1), (3-1)

Bidu feliċi wkoll għal Sirens Build Fitness li ma ddiżappuntawx f’logħba li bdew favoriti. Għalihom għamel id-debutt Zach Mizzi fir-ritorn tiegħu mal-klabb. Fuq in-naħa l-oħra, Alan Borg Cole rritorna fil-lasta ta’ Exiles wara snin ta’ suċċess ma’ Neptunes filwaqt li Kyle Navarro għamel ukoll id-debutt.

Sirens bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni b’doppjetta ta’ Isaiah Riolo u gowl ta’ Gianni Farrugia. Ir-reazzjoni ta’ Exiles fit-tieni sessjoni ma kinitx tajba biżżejjed u Sirens meritatament kabbru l-vantaġġ għal 5-1. It-tim ta’ Ranko Perovic aċċerta mir-rebħa fit-tielet sessjoni u fl-aħħar sessjoni d-distakk kiber għal 10-2 qabel il-gowl ta’ konsolazzjoni skorjat minn Mark Fenech.

Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino (1), Z. Mizzi (1), P. Borg, J. Cachia, K. Agius, W. Ruggier, I. Riolo (4), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (3), M. Sciberras (1), T. Perici Ferrante, I. Schembri, A. Dimech

Exiles: A. Borg Cole, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (1), M. Paris Roding, M. Fenech (1), K. Griscti, M. Naudi, K. Tanti (1), K. Navarro, L. Felice, G. Galea Curmi

Referees: Debbie Tully, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Is-Sibt 23 ta’ Novembru: Birżebbuġa v Sliema 2.45pm, Exiles v Neptunes 3.55pm, Valletta v Sirens 5.05pm, Marsaskala v San Ġiljan 6.15pm