Lokali

Tittella’ konferenza dwar il-fostering għal fosterer carers u professjonisti li jaħdmu mat-tfal fil-bżonn

Matul il-jum tas-Sibt, fis-Sala ta’ Antoine de Paul f’San Anton saret konferenza b’rabta mal-fostering fejn kien hemm preżenti numru ta’ kelliema, professjonisti u fosterer carers li jaħdmu mat-tfal fil-bżonn.

Din il-Konferenza ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care Malta, li hija organizzazzjoni li tieħu ħsieb it-tfal fil-bżonn, filwaqt li taħdem ma’ numru ta’ professjonisti u aġenziji f’dan il-qasam tal-fostering sabiex jipprovdu trattament u aċċess aħjar għal persuni li jagħmlu l-fostering.

Net News kien preżenti għal din il-Konferenza, fejn tkellimna ma’ John Rolè, li huwa konsulent f’din l-Assoċjazzjoni.

F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, John Rolè spjeġa l-għan ta’ din il-Konferenza, u wassal il-messaġġ tiegħu fuq il-fostering.

Barra minn hekk, dan l-istazzjon ukoll tkellem ma’ Josephine Pace Caruana u Charles Sammut, li huma fosterer care. Huma saħqu l-appell tagħhom fuq il-fostering f’pajjiżna.

Intant, din il-Konferenza tat l-opportunità sabiex il-professjonisti, kelliema u foster families preżenti jaqsmu l-esperjenżi tagħhom u jtennu l-messaġġ tagħhom sabiex jitjiebu s-servizzi u l-aċċess għat-tfal fil-bżonn f’pajjiżna.

Għaldaqstant, għal kull min hu interessat, wieħed jista’ jaċċessa NFCAM – National Foster Care Association Malta VO/0354 għal aktar għarfien fuq l-fostering f’pajjiżna.