Illum, għall-ħabta tas-2am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Qalb Imqaddsa, f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 24 sena, li kien qiegħed isuq Toyota, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>