Dalgħodu se ssir l-attività nazzjonali ‘Mixja mal-President’, bil-parteċipanti se jimxu mill-Palazz ta’ Sant’Anton sal-Palazz tal-President, fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta.
Mal-wasla fil-Belt, fi Pjazza San Ġorġ ser ikun hemm varjetà ta’ attivitajiet għall-familja kollha, b’logħob għat-tfal, ikel u xorb kif ukoll divertiment u mużika.
Fid-diskors li kienet għamlet il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, hi kienet qalet li din l-attività għandha l-iskop li “tkun qed issaħħaħ il-karus tal-komunità, li hu l-Malta Community Chest Fund”.
//= $special ?>