Sport Ieħor

Jon Jones jegħleb lil Stipe Miocic biex iżomm it-titlu

F’Madison Square Garden fi New York ic-ċhampion tal-heavyweight Jon Jones irnexxielu jżomm t-titlu tiegħu meta għeleb lil Stipe Miocic b’TKO, fil-main event tal-UFC 309. Fl-eta’ ta ’37 sena, wara 23 ġlieda fil-UFC u 16-il rebħa fi ġliediet għaċ-championship Jon Jones għadu jsib modi differenti ta’ kif jegħleb lill-avversarji tiegħu. Jon Jones, meqjus minn ħafna bħala l-aqwa ġellied tal-mixed martial arts ta’ kull żmien, għeleb lil Miocic b’back kick quddiem aktar minn 20,000 spettatur.

Fi kliem Jones stess, din kienet ispirata minn Bruce Lee innifsu, wara li ppratikaha għal xhu sħaħ. Wieħed ma jistax jgħid l-istess għall-avversarju Micoic, li ilu kważi erba’ snin ‘il bogħod mill-octagon, fejn wara din il-ġlieda mistenni jirtira mill-isport. Intant, wara din il-ġlieda bosta huma dawk li jridu li Jones jiġġieled kontra Tom Aspinall, li huwa l-interim UFC Heavyweight champion.

Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm ukoll il-President elett tal-Istati Uniti Donald J Trump li hum magħruf li hu ammiratur kbir ta’ dan l-isport. Intant fl-undercard ta’ din il-ġlieda Alex Pereira għeleb lil Michael Chandler biex iddefenda b’suċċess il-lightweight heavyweight championship. Wara l-ġlieda minkejja t-telfa, Chandler sejjaħ u sfida lil Conor McGregor għall-ġlieda fl-octagon.