L-assistent kowċ tal-Ungerija Adam Szalai qaleb għall-aħjar wara li kkollassa fl-istadium fis-7 minuta fil-konfront tal-UEFA Nations League kontra l-Olanda.
Il-partita kellha tieqaf għall-13-il minuta meta l-kowċ ta’ 36 sena kkollassa fuq il-bankina. Fil-mument tal-inċident ittellgħet tinda temporanja biex jingħata l-ewwel għajnuna qabel ma ttieħed l-isptar għal aktar kura, f’mument diffiċli għal diversi plejers fosthom għall-captain tal-Ungerija Dominik Szoboszlai.
B’post fuq Facebook, Szalai qal li jinsab f’kudizzjoni tajba. L-Assoċjazzjoni tal-futbol Ungeriż qalet li l-eks attakkant internazzjonali jinsab stabbli u f’sensih. Szalai, li lagħab 86 mal-Ungerija qabel irtira fl-2023, inġarr bi stretcher fil-Johan Cruyff qabel ma tkompliet il-partita.
Wara li tkompliet il-partita, l-Olanda ngħataw penalty wara konsultazzjoni mal-VAR. L-attakkant ta’ Ajax Wout Weghorst ma żbaljax fil-21 minuta u ċċelebra wara li fetaħ l-iskor li ntemm 4-0 favur l-Olanda. B’hekk l-Olanda kkwalifikaw għall-kwarti finali tal-UEFA Nations League.
//= $special ?>