Pajjiżna ilu s-snin b’diversi għases madwar Malta u Għawdex li jinsabu magħluqa. Bil-Kummissarju tal-Pulizija stess jikkonferma li minn kważi 70 lokalitajiet madwar iż-żewġ gżejjer, mal-40 għases jinsabu magħluqin.
Iżda, fl-istess nifs, il-Kummissarju Angelo Gafà ironikament jgħid li qatt qabel ma kellna daqshekk għases miftuħin.
“Qatt daqs illum ma kellna daqshekk għases miftuħin,” qal Gafà.
Dan qalu waqt intervista li kellu fil-programm Vi jew Va fejn Angelo Gafà qal li l-fatt li l-għases qabel kienu jkunu miftuħin hu biss “falsità”.
“Din l-idea li l-għases dejjem kienu jkunu miftuħin hi falsità,” qal Gafà. “Dawn l-għases kellhom network dak iż-żmien? Il-Pulizija kellu aċċess għas-sistema tal-Pulizija f’dawn l-għases sekondarji? Kemm kien ikun hemm Pulizija? Pulizija waħdu x’seta’ jagħmel? Dawn biex taparsi kienu jinfetħu.”
U x’kienet is-soluzzjoni ta’ Gafà mindu ħa t-tmexxija f’idejh? Minflok solva din il-problema ta’ nuqqas ta’ riżorsi, hu għażel li jgħalaq il-bibien tal-għases u jħalli liċ-ċittadini bla ebda aċċess ta’ għajnuna mingħand Pulizija fil-lokalità tagħhom.
Is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija hi waħda tal-biki hekk kif ilna sew naraw nuqqasijiet kbar iżda ftit li xejn inbidel.
//= $special ?>