Wara l-ġlieda kontra Jake Paul, Mike Tyson qal li minkejja t-telfa din xorta waħda kienet rebħa għalih personali hekk kif żvela li kien viċin il-mewt aktar kmieni din is-sena.
Il-boxer ta’ 58 sena tilef il-ġlieda li kellu kontra l-Youtuber/boxer Jake Paul wara deċiżjoni unanima mill-ġurija. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Mike Tyson qal li din kienet okkażjoni fejn minkejja t-telfa xorta waħda jħoss li ħareġ rebbieħ minnha. Hu żvela li kellu mat-tmien trasfużjonijiet tad-demm fejn tilef ammont kbir ta’ demm. Fil-ġlieda, Tyson irnexxielu jolqot lil Paul bi 18-il daqqa fit-tmien rounds, b’Jake Paul jolqot lil Tyson 78 darba.
Il-ġlieda kienet skedata għal Lulju u tħassret f’Mejju, wara li Tyson kien sofra daqqa fl-istonku, li issa kien żvelat li hi agħar milli ħasbu fil-bidu. Il-ġlieda li ntweriet fuq Netflix, ġabet l-attenzjoni ta’ bosta, b’aktar minn 60 miljun spettatur jidħlu biex jaraw il-ġlieda b’mod dirett fuq is-sit popolari.
Netflix stqarru li dan kien rekord ta’ persuni li daħlu jsegwu avveniment b’mod dirett, minkejja li bosta minn dawk abbonati, gergru fuq is-servizz offrut minħabba n-numru ta’ kbir ta’ persuni li kienu qed isegwi l-ġlieda.
//= $special ?>