Lokali

Skont Abela: Mart Clayton Bartolo serqet €16,000

Il-Prim Ministru Robert Abela mhux se jkeċċi lill-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri mill-Kabinett.

Kien Robert Abela stess li ddikjara dan waqt intervista li saritlu mit-Times of Malta b’rabta mal-iskandlu li faqqa’ fl-aħħar jiem hekk kif mart Clayton Bartolo ħadet l-eluf ta’ ewro għal konsulenza fantażma.

Dan filwaqt li inkredibbilment baqa’ jgħid li hu qed ikun ġust u konsistenti meta mistoqsi fuq Justine Caruana.

Kien ukoll il-Prim Ministru stess li kkonferma li Amanda Muscat fl-ebda ħin ma ħadmet ta’ konsulenta imma sempliċiment ħadmet ta’ Segretarja Privata.

U għalhekk skont Abela stess, Amanda Muscat ma serqitx €70,000… imma serqet €16,000.

Dan filwaqt li baqa’ jinħeba wara l-Kumitat Parlamentari.

Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar kif il-budget ma offriex viżjoni fit-tul. Bir-risposta tkun mill-ġdid ibbażata fuq in-numri u mhux fuq il-kwalità.

Dan filwaqt li ħareġ iktar evidenti kemm Robert Abela ma jafx liema niċeċ ekonomiċi ġodda ħoloq dan il-Gvern.

Inant, Robert Abela għamel referenza wkoll għal viżjoni 2050, liema viżjoni saret mill-barranin u mingħajr il-konsultazzjoni tal-esperti Maltin.

Abela tkellem ukoll dwar l-iżvilpup kontroversjali ta’ Villa Rosa. Żvilupp li wassal biex Moviment Graffitti, flimkien ma’ diversi għaqdiet oħra kif ukoll residenti minn San Ġiljan, is-Swieqi u Pembroke, jinżlu jipprotestaw fit-toroq. Però, skont Abela, ħa jkun ta’ gwadan għall-poplu.

Turija ċara ta’ Prim Ministru li huwa maqtugħ mir-realtà u li mhux qed jisma’ l-karba tal-poplu.