Tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Robert Abela u l-bqija tal-Kabinett, bil-Ministru Silvio Schembri huwa fost dawk li qed jidher skomdu għall-aħħar bl-aħħar skandlu tal-Gvern. Dan hekk kif Net News staqsa dwar dan l-iskandlu li ġab unikament b’idejh il-Ministru Clayton Bartolo meta qiegħed lil dik li llum hija l-mara tiegħu, Amanda Muscat, bħala konsulenta fil-Ministeru tiegħu b’paga ta’ €62,000.
Agħar minn hekk, f’konfoffa mal-Ministru Clint Camilleri ċċaqalqet għal Ministeru għal Għawdex b’paga ta’ €70,000 fis-sena… dan kollu waqt li skont rapport maħrug mill-Kummissarju għall-Istandards kienet għadha qed tagħmel xogħol ta’ Assistenta Personali mal-Ministru tat-Turiżmu, ċioè Bartolo.
Dan l-istazzjon staqsa lil Schembri, li sa 4 snin ilu kien jaqsam Ministeru ma’ Clayton Bartolo, dwar jekk hux ekonomikament għaqli li tagħti promotion u żieda fil-paga lil xi ħadd li ma jkunx qed jagħmel xogħol mistenni minnu – bi Schembri mhux talli ma joħroġ għonqu għal sieħbu, talli ħarab milli jwieġeb.
U fost attakki partiġjani kostanti wieħed wara l-ieħor, il-Minsitru Silvio Schembri, f’ammissjoni tiegħu stess, għażel li jaħrab milli jirrispondi dwar dan l-iskandlu – l-aħħar wieħed fost litanija ta’ skandli taħt Gvern tal-Labour.”
Mistoqsi b’insistenza min se jkun qed jerfa’ responsabbiltà għal dan in-nuqqas enormi minn flus il-poplu…. għal darb’oħra, il-Ministru għoġbu li ma jagħtix każ il-karba tan-nies.
//= $special ?>