Raġel ta’ 46 sena miż-Żurrieq tilef ħajtu wara li ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei.
Lura fis-6 ta’ Novembru, ir-raġel kien involut f’inċident fuq dgħajsa li kienet madwar mil u nofs ‘il barra mill-kosta ta’ Dellimara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija kien irriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq sofra ħruq f’ġismu wara li dgħajsa li kien fuqha ħadet in-nar.
Minnufih marru ambulanza, Pulizija, il-Forzi Armata ta’ Malta u anke l-Protezzjoni Ċivili li sabu lir-raġel fil-baħar.
L-Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici għadha għaddejja filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwan dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>