Omm Jean Paul Sofia kkummentat fuq il-midja soċjali dwar il-banner ta’ propaganda li twaħħal fl-aħħar sigħat quddiem il-Parlament biex jattakka lill-PN.
Il-banner twaħħal ftit qabel saret il-protesta nazzjonali – għalkemm sat-Tlieta filgħodu dan il-banner kien tneħħa (ritratt fuq).
Isabelle Bonnici dehret urtata ferm għall-mod kif saret din l-azzjoni.
“Stajtu ressaqtuha ftit ‘l hemm biex wiċċ ibni ma jitgħattix!!!!… jew lanqas tifilħu tħarsu lejh għax ifakkarkom fil-bullies u l-cowboys li tħallew jagħmlu li jridu?? Qed nitlob lil min hu responsabbli jmexxi ftit il-banner u jħalli lil wiċċ ibni jidher kollu kif kien! Grazzi”.
Imbagħad, wara din il-karba, il-banner ta’ propaganda spiċċa tneħħa minn quddiem il-Parlament.
//= $special ?>