Colin Schembri
Starlites JSD…………………78
Sigma Depiro………………55
(13-21)(17-6)(21-17)(27-11)
Fl-ewwel partita mill-kampjonat Bank of Valletta, Starlites JSD għelbu lil Sigma Depiro 78-55 biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat u t-tielet waħda fuq l-istess avversarji dan l-istaġun. Għal Depoiro din kienet it-tielet telfa tal-kampjonat u jridu joqogħdu attenti li ma jinqatgħux kmieni mit-tiġrija għal post fil-play-offs minkejja li għadu kmieni.
Starlites irkupraw lil Benjamin Curran u Ian Felice Pace li tilfu l-aħħar partita tagħhom filwaqt li l-Amerikan ta’ Depiro Brandon Porter għadu ma irkuprax. Kienu Depiro li għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Sean Galea għalkemm Starlites kellhom risposta immedjata bi trippla ta’ Curran. Starlites komplew b’seba’ punti oħra minn Curran u Joe Davies, però Depiro bdew deħlin aktar fil-partita bi trippli ta’ Dominic Tomasi u Cameron Cornelius. Run ta’ 8-0 minn Depiro poġġiethom fuq quddiem u kienu huma li temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 21-13.
Starlites bdew it-tieni taqsima b’run ta’ 10-2 fejn kellhom trippla ta’ Ian Felice Pace flimkien mal-punti ta’ Kai Fabri u Trevon Reddish. Għal xi ħin il-punti naqsu però lejn tmiem il-perjodu kien hemm trippla fuq kull naħa minn Miguel Brincat u Curran flimkien ma’ basket ta’ Reddish li temm it-taqsima favur Starlites fuq skor ta’ 30-27.
Wara l-intervall, Starlites kabbru l-vantaġġ għal 8 punti b’aktar punti minn Reddish u Curran. Għal Depiro kien hemm risposta minn Brinct b’żewġ trippli, iżda Starlites malajr għamlu run ta’ 12-2 bi trippli ta’ Scerri u Kolten Mortensen flimkien ma’ sensiela ta’ freethrows minn Louie Farrugia u Davies. Depiro reġgħu tħabtu biex inaqqsu d-distakk u Cornelius għamel sitt punti konsekuttivi għal skor ta’ 51-44.
Starlites bdew l-aħħar taqsima b’sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Scerri. Galea wkoll kellu three pointer għal Depiro, però Starlites bdew jinqatgħu fuq quddiem. Fil-fatt, iċ-champions għalqu l-partita bi break ta’ 14-2 biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat 78-55.
Starlites JSD: B. Curran 19,, J. Davies 4, A. Aquilina, K. Fabri 4, I. Felice Pace 10, M. Fabri 1, L. Riolo, M. Scerri 9, L. Farrugia 3, K. Xuereb, K. Mortensen 8, T. Reddish 20.
Sigma Depiro: S. Galea 9, D. Bugeja 2, N. Bozovic 7, N. Zivkovic, L. Stefanovic 2, A. Trapani, D. Tomasi 12, S. Kenely, M. Brincat 9, C. Cornelius 12, M. Debattista 2.
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Fiorentina Ciurariu.
Tigers…………………81
Hibernians……….104
(14-32)(18-23)(19-29)(30-20)
Kif mistenni Hibernians kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Tigers 104-81 wara li kienu diġà għelbuhom 123-43 fl-ewwel konfront bejniethom. Tigers kienu mingħajr l-Amerikan Matt Brown li ħalla pajjiżna biex jilgħab fil-Ġordan, però kellhom għall-ewwel darba lil Darryl Pisani. Hibs ukoll kienu mingħajr l-Amerikani Tederick Wolfe u Derek Brown bil-players żgħażagħ ikollhom ħafna ħin fuq il-court.
Il-partita mill-ewwel bdiet favur il-Pawlisti li bdew b’run ta’ 17-2 b’Matthew Gouder ikollu diversi punti flimkien ma’ Matthew Attard u Neil Cassar. Tigers wieġbu bi trippla minn Ferdinand Lisondra u baskets minn Keith Micaller biex l-ewwel taqsima għalqet bil-Hibs fuq quddiem 32-14.
Fit-tieni perjodu kienu Tigers li bdew b’ħames punti mingħajr risposta, li però ma damitx biex waslet għaliex Hibs għaqqdu run oħra ta’ 16-3 bi trippla minn Matthew Attard. Tigers għalqu t-taqsima b’punti konsekuttivi ta’ Serge Hamparsoumian fosthom trippla għal skor ta’ 53-32 favur Hibernians.
Il-ftuħ tat-tielet taqsima kien aktar bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Madankollu Hibs għamlu run ta’ 18-4 fosthom trippla ta’ M. Attard u baskets minn Cassar, Gouder u Axiaq. Tigers għamlu 4 punti oħra, però Cassar għalaq it-taqsima bi trippla għal skor ta’ 84-51.
Fl-aħħar sessjoni saru 50 punt maqsumin bejn iż-żewġ timijiet hekk kif il-punti bdew deħlin b’kontinwità. Tigers sabu ħin għal run ta’ 12-2 qabel ma’ Hibs għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Attard u rebħu l-partita 104-81.
Tigers: D. Pisani 11, E. Masilungan 6, S. Hamparsoumian 23, K. Micaller 23, M. Jalkh, F. Lisondra 14, S. Saakian 4, D. Militello.
Hibernians: N. Cassar 19, P. Attard 2, L. Attard 9. V.Kustodija 6, A. Axiaq 6, M. Gouder 21, M. Attard 21, T. Gjurovski 7, M. Mallia 9, I. Demcesen, S. Simic 4.
Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim.
Valletta Lions………74
Athleta AtoZ ……….71
(23-12)(15-16)(19-16)(17-27)
Athleta AtoZ għal ftit fallew rimonta mill-aqwa fl-aħħar sekondi hekk kif l-aħħar tentattiv tagħhom ma daħalx biex Valletta ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat. Valletta wrew reżiljenza tul il-partita kollha, u minkejja reazzjoni qawwija minn Athleta fl-aħħar perjodu, irnexxielhom iżommu l-vantaġġ biex jieħdu rebħa importanti.
Valletta bdew b’run ta’ 9-3 grazzi għall-punti kontinwi minn Piotr Stelmach kontra l-eks tim tiegħu. Athleta irrispondew bi three-pointer minn Caleb Matthews flmkien ma’ Kurt James u d-debuttant Amerikan Maxwell Amoafo. Valletta komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom permezz ta’ Eric Terry u Lorenzo Anderson biex l-ewwel sessjoni ntemmet b’Valletta fuq quddiem 23-12.
Valletta fetħu t-tieni perjodu b’żewġ baskets oħra ta’ Terry qabel ma Athleta wieġbu b’run qasira ta’ 6-0 grazzi għal James. Valletta żammew kontroll bil-kontribut ta’ Stelmach u trippla minn Anderson, li żiedu l-punti tagħhom minn turnovers tal-avversarji. Athleta għalqu t-taqsima bi break ta’ 7-2 iżda Valletta żammew il-vantaġġ 38-28 sal-mistrieħ.
Fit-tielet sessjoni, iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin għalkemm Valletta kellhom it-trippli minn Stelmach u Nicholas Grech. Athleta żammew il-pass permezz ta’ James, li kellu trippla flimkien ma’ Juan Cefai. Anderson kiseb trippla oħra iżda Valletta għalqu fuq 57-44.
Valletta komplew ikabbrul-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni wara punti minn Anderson, Terry u Stelmach. Fis-sitt minuta, trippla u basket ta’ Stelmach taw vantaġġ massimu lil Valletta 68-52 fis-sitt minuta. Hawn Athleta għamlu reazzjoni fejn għamlu run ta’ 11-0 b’punti minn James, Luca Borg u Gabriel Cassar biex naqqsu d-distakk għal ħames punti 68-63 b’minuta u nofs mit-tmiem il-partita. Valletta żammew il-kalma permezz ta’ Stelmach, li żied aktar punti, però Athleta resqu basket ‘il bogħod bi three-pointer ta’ Borg. Anderson għamel free-throw minn tnejn biex l-aħħar tentattiv ta’ Borg ma daħalx u Valletta ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 74-71.
Valletta Lions: N. Grech 3, L. Anderson 16, F. Mifsud Bonnici 2, A. Attard, P. Stelmach 37, A. Attard, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic, M. Farrugia, S. Vincic, E. Terry 16.
Athleta AtoZ: B. Zammit, R. Vitale, A. Garcia. C. Matthews 22, I. Xuereb, E. Abela, K. James 30, A. Bozanic, L. Borg 7, J. Cefai 2, M. Amoafo 5, G. Cassar 3.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>