Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Rebħa importanti għal Starlites JSD kontra Hibernians

Colin Schembri

Bettson Depiro………80

Athleta…………………..47

(26-17)(17-8)(27-6)(10-16)

Bettson Depiro kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Athleta 80-47. Depiro wrew konsistenza fuq iż-żewġ naħat tal-court, waqt li Athleta kellhom mumenti qosra ta’ reazzjoni iżda ma rnexxielhomx inaqqsu l-vantaġġ sinifikanti li Depiro bnew matul il-logħba.

Depiro ħarġu b’saħħithom u bdew b’run ta’ 7-0, immexxija minn Claire Ciantar, Janai Crooms u Kristy Galea li kienu protagonisti fil-bidu tal-logħba. Athleta rrispondew permezz ta’ Kennedi Williams bi trippla u basket ta’ Camila Londono. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’runs konsekuttivi u trippli minn Galea Julia Borg flimkien ma’ baskets minn Joselle Borg Cardona u Crooms, u għalqu l-perjodu fuq 28-15 favurhom.

Fit-tieni perjodu, Depiro żammew il-vantaġġ minkejja li l-punti naqsu hekk kif bdew bit-trippli ta’ Borg u Julia Borg Xerri. Athleta rrispondew b’5 punti mingħajr risposta minn Nicole Vella u Francesca Sant, iżda l-pressjoni difensiva ta’ Depiro llimitat il-punteġġ tagħhom. Depiro għalqu s-sessjoni fuq quddiem 43-25 wara trippla oħra ta’ Galea u basket ta’ Ciantar.

It-tielet perjodu kien dominat għal kollox minn Depiro, li għamlu run qawwija ta’ 22-0, fejn kien hemm diversi punti minn Crooms, Ciantar u Galea flimkien ma’ trippli minn Borg. Finalment Athleta wieġbu permezz ta’ Williams, però skorjaw biss 6 punti fil-perjodu kollu. Depiro temmew din is-sessjoni minn fuq 70-31.

Fl-aħħar perjodu, Athleta rnexxielhom jagħmlu reazzjoni permezz ta’ run ta’ 14-3, biex naqqsu d-distakk għal 75-47 bil-punti ta’ Williams u Londono. Depiro, b’diversi players żagħżagħ fuq il-court, għalqu l-partita b’ħames punti konsekuttivi minn Hannah Farag biex ħarġu rebbieħa 80-47.

Bettson Depiro: J. Borg 9, J. Borg Xerri 6, J. Magri, J. Mallia, L. Sciberras, C. Ciantar 12, J. Crooms 21, M. Micallef, N. Borg 8, K. Galea 15,J. Borg Cardona 4, H. Farag 5.

Athleta: K. Williams 26, B. Agius 2, M. Ferrante, N. Vella 11, M. Cassar Pickard, F. Sant 2, J. Cipriott, C. Londono 6, K. Abela, C. Caruana, K. Abela, L. Mercieca.

Referees: Nicky Azzopardi, Andre Attard.

Starlites JSD………64

Hibernians…………57

(16-9)(6-13)(17-20)(25-15)

Starlites JSD kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Hibernians 64-57 biex ħallew lill-Pawlisti mingħajr rebħa wara żewġ partiti. Il-partita ħadet żvolta deċisiva lejn it-tmiem fejn wara li fit-tmien minuta Hibs marru punt minn fuq, huma tilfu lill-Amerikana Mikayla Brandon bill-ħames foul u Starlites għamlu run ta’ 11-3 li tathom ir-rebħa.

Starlites kienu mingħajr diversi players u kien hemm id-debutt ta’ Francesca Vella u Lisa Marie Zammit. Hibs kienu mingħajr Elena Cassar u għadha nieqsa wkoll Maria Bonett minkejja li ħadet sehem fil-warming up qabel il-partita. Starlites urew ħila biex iżommu l-vantaġġ fil-mumenti kritiċi tal-logħba speċjalment b’wirja tajba ta’ Sasha Lecuyer u Michela Zammit Cordina.

Starlites fetħu b’run ta’ 6-0 grazzi għal Makaila Napoleon u Ylenia Bonett. Hibernians irrispondew permezz ta’ trippla ta’ Steffi De Martino, Andie Saliba u Kirsty Caruana, li għamlu run ta’ 7-2 biex inaqqsu d-distakk. Napoleon għamlet trippla oħra flimkien mal-punti ta’ Philippa Riolo u Zammit Cordina biex għalqu l-perjodu fuq quddiem 16-9.

Fit-tieni perjodu, Hibernians ġew lura b’run ta’ 8-0 bi tliet baskets konsekuttivi minn Julija Dabic u Brandon. Kien hemm trippla fuq kull naħa minn Kaya Calleja u Zammit Cordina biex basket ta’ Calleja eżatt mal-buzzer għalaq is-sessjoni fuq parita ta’ 22-22.

Fit-tielet taqsima l-punti żdiedu xi ftit hemm kif kien hemm trippla fuq kull naħa minn Saliba u Lecuyer. Hibs b’dehru li se jieħdu kontroll tal-partita b’run ta’ 14-4 b’punti ta’ De Martino u trippla ta’ Jasmine Abela hekk kif fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 39-31. Starlites, però, malajr ġew lura bit-trippli ta’ Zammit Cordina u Lecuyer għal skor ta’ 39-42.

Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni, minkejja l-punti ta’ Zammit Cordina u Mikela Riolo, Hibs żammew vantaġġ minimu hekk kif kellhom it-trippli minn Brandon u De Martino. Starlites għamlu break qasir ta’ 7-2 però Brandon wieġbet għal Hibs. Hawn, però, l-Amerikana għamlet il-ħames foul tagħha u Starlites għamlu r-run deċiżiva ta’ 11-3 biex rebħu l-partita 64-57.

Starlites JSD: S. Lecuyer 17, M. Riolo 8, C. Cilia, P. Riolo 4, M. Zammit Cordina 16, S. Tabone, Y. Bonett 4, M. Napoleon 15, F. Vella, E. Degiorgio, Y. Ferrando, L.M. Zammit.

Hibernians: M. Brandon 11, M. Buhagiar, A. Saliba 10, J. Abela 3, M. Bonett, S. De Martino 13, K. Calleja 5, N. Farrugia, S. Vella, K. Caruana 2, A. Mallia, J. Dabic 13.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu.

Caffè Moak Luxol 82

Valletta Lioneses 64

(23-12)(14-19)(25-11)(20-22)

Caffè Moak Luxol ukoll għamluhom tnejn minn tnejn wara li għelbu l-isfida ta’ Valletta. Għalkemm ir-rebħa ta’ Luxol kienet b’riżultat komdu, il-wirja ta’ Valletta kienet inkoraġġanti. Huma kienu mmexija mill-Amerikana Janea Barnes li pattiet għall-wirja pjuttost negattiva li kellha kontra Athleta.

Luxol irkupraw lil Josephine Diaby u lil Sarah Pace filwaqt li għal Valletta kienu nieqsa Nicole Caruana u Sabrina Abugrin. Għal Luxol kien hemm il-punti inizzjali minn Anna Fenech Pace però Valletta kellhom it-trippli minn Milica Stefanovic u Janea Barnes. Luxol kellhom mument pożittiv b’disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla tal-Amerikana Brandu Huffhines. Stefanovic għamlet trippla oħra għal Valletta qabel ma’ Luxol kisbu tmien punti mingħajr risposta biex temmew l-ewwel sessjoni 23-12 minn fuq.

Fit-tieni taqsima, wara li Taiisa Nikisina kisbet l-ewwel basket għall-Beltin, Luxol kellhom it-trippli ta’ A. Fenech Pace u Huffhines għal skor ta’ 31-16. Valletta irkupraw minn dan il-mument diffiċli hekk kif għaqqdu run ta’ 13-0 kważi kollha minn Barnes biex waslu sa 4 punti ‘l bogħod mill-avversarji. Luxol għalqu l-perjodu bl-aħħar basket minn Huffhines għal skor ta’ 37-31.

Barnes malajr fetħet it-tielet sessjoni bi trippla għalkemm Fenech Pace wieġbet immedjatament. Il-punti ta’ Luxol komplew ġejjin minn Diaby għal skor ta’ 43-34. Luxol kabbru l-vantaġġ għal 12-il punt 49-37. Iċ-champions komplew jagħfsu u għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 9-0 b’żewġ trippli minn Pace u Huffhines għal skor ta’ 62-42.

Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex Luxol setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom. Barnes kompliet bil-punti tagħha fejn għamlet trippla oħra hekk kif Valletta kellhom run qasira ta’ 7-2. Madankollu, Luxol kellhom vantaġġ komdu biżżejjed biex setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ u jirbħu l-partita 82-64.

Caffè Moak Luxol: G. Carabott, S. Pace 13, L. Fenech Pace, M. Marmara, N. Vella 4, E. Abela, J. Diaby 16, B. Huffhines 22, V. Baldacchino 4, R. Fenech Pace 2, R. Naudi 6, A. Fenech Pace 15.

Valletta Lioneses: A. Parnis 3, J. Barnes 46, M. Stefanovic 8, M. Momcilovic, M. Mifsud, A. Nikishina 2, H. Grixti, N. Montalvo, T. Nikishina 5.

Referees: Nicky Azzopardi, Wendell Lim