Lokali

Robert Abela jinqabad ixerred aktar fake news

Robert Abela għal darb’oħra nqabad ixerred aktar fake news.

Kienet it-Times of Malta li ħarġet il-fatti kif inhuma, fejn gidbet lil Robert Abela meta qal li Amanda Muscat serqet biss €16,000, meta fil-verità fit-13-il xahar li kienet impjegata bħala konsulent hija ħadet €23,000 aktar milli kieku ħadet bħala assistenta personali.

Kien il-Prim Ministru Robert Abela li fil-ġranet li għaddew prova jtaffi l-iskandlu li ħakimlu lill-Gvern fejn il-Ministru Clayton Bartolo f’konfoffa mal-Ministru Clint Camilleri taw konsulenza ta’ €70,000 lil dik li dak iż-żmien kienet il-ħabiba tal-Ministru Bartolo, Amanda Muscat.

Intant, it-Times of Malta spjega li kieku baqgħet fl-impjieg ta’ Assitenta Peronsali kienet iddaħħal €44,847 fis-sena tal-2021. Iżda hi ngħatat promotion għal konsulent f’Novembru tal-2020, l-ewwel fil-Ministeru tat-Turiżmu, imbagħad fil-Ministeru ta’ Għawdex.

Dan kollu juri li fil-verità, Amanda Muscat meta ħadet pag ta’ €70,000 għal xogħol li ma kinitx qed tagħmel, hija qalgħet €23,000 aktar milli kieku ħadmet bħala Assistenta Personali u mhux €16,000 kif qal il-Prim Ministru Robert Abela.