Suċċess ieħor f’Turin għan-numru 1 fid-dinja tat-tennis, Jannik Sinner tal-Italja. Fil-finali Sinner għeleb f’żewġ sets lis-seed numru 5 Taylor Fritz tal-Istati Uniti.
Wara li Sinner rebaħ l-ewwel set 6 – 4 minkejja reazzjoni minn Fritz, Sinner għalaq it-tieni set fl-istess punteġġ ta’ 6 – 4. Bis-70 rebħa miksuba fl-2024, Sinner sar l-ewwel tennista mill-Italja li rebaħ il-Finali ATP.
Fil-kompetizzjoni Sinner ma tilef ebda set sabiex għamel l-istess kif kien wettaq Ivan Lendl lura fl-1986.
Rebbieħ tal-Open tal-Awstralja u l-Open tal-Istati Uniti, l-aħħar telfa fa’ Jannik Sinner kienet fl-Open taċ-Ċina kontra Carlos Alcaraz ta’ Spanja. Minn dakinhar rebaħ 26 partita konsekuttiva.
//= $special ?>