Internazzjonali

Fiċ-Ċina: Numru ta’ persuni fosthom tfal indarbu wara li karozza saqet fuq il-folla

Numru ta’ persuni inklużi tfal, sfaw midruba wara li karozza saqet għal fuq folla ta’ nies li kienet miġbura biswit skola primarja fin-naħa tan-nofsinhar tal-provinċja Hunan.

S’issa għad m’ hemmx dettalji dwar fatalitajiet, madanakollu qed jiġi rrapurtat li numru ta’ studenti u adulti weġġgħu hekk kif dawn spiċċaw mal-art bl-impatt tad-daqqa tal-karozza.

Ix-xufier tal-vettura (SUV) inqabad mill-membri tas-sigurtà u l-ġenituri stess li kienu fuq il-post u ngħata lill-Pulizija.

Dan huwa t-tielet attakk li sar fuq folla ta’ nies miġbura flimkien u għalhekk wassal għal tħassib kbir dwar is-sigurtà pubblika fiċ-Ċina.