‘Ħallini’ hija l-kanzunetta l-ġdida ta’ Daryl Jaymes li nħarġet b’kollaborazzjoni mal-Caritas Malta. Għandha kliem ta’ Maria Schembri u mużika ta’ Chan Vella minn Townhouse Studio.
‘Ħallini’ titratta dwar persuna li saret vitma ta’ vizzjijiet ħżiena, fosthom id-droga, ix-xorb, is-sigaretti u l-logħob tal-ażżard. Fil-bidu, il-kanzunetta tagħtina stampa ċara tad-disperazzjoni li persuna f’din is-sitwazzjoni taqa’ fiha hekk meta tirrealizza li tkun tilfet l-aqwa skopijiet u valuri tal-ħajja, fosthom il-qraba u l-ħbieb.
Il-kanzunetta tkompli tiżvolġi meta l-vittma spiċċat bla flus biex tmantni l-vizzjijiet tagħha u tirrikorri għas-serq. Il-kanzunetta tiżviluppa b’mod pożittiv fejn il-vittma tirrealizza bl-iżbalji li għamlet u tagħmel ħilitha sabiex tirriforma ruħha.
L-għeluq tal-kanzunetta hija illustrazzjoni li l-vizzju jista’ jingħeleb u tħeġġeġ lis-semmiegħa f’din is-sitwazzjoni biex jagħmlu hekk.
Din il-kanzunetta qed titwassal b’vidjo mużikali li jnaqqax l-istorja tal-kanzunetta b’mod effettiv u jwassal messaġġ lil dawk li jinsabu f’din is-sitwazzjoni.
Il-kanzunetta ‘Ħallini’ u l-vidjo mużikali ġew ippublikati fuq il-pjattaformi kollha diġitali taħt it-tikketta indipendenti tal-artist.
//= $special ?>