Matul il-jum id-Dar Ċentrali fetħet il-bibien tagħha għall-gradwati, bl-istudenti tal-Liġi jiċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ lil dawn l-istudenti u ċċelebra magħhom dan il-pass tant importanti għalihom. Pass li jfisser li issa għandhom iċ-ċertifikat mill-Università ta’ Malta li japprova li huma verament huma kwalifikati sabiex jaħdmu bħala avukati.
Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet… ma naqsux ukoll il-battuti tal-istudenti tal-Liġi kontra l-Ministru Clayton Bartolo, li ta paga enormi lill-mara tiegħu.
Intant, matul il-jum, bosta gradwati kemm mill-MCAST kif ukoll mill-Università ta’ Malta ċċelebraw is-suċċess li kisbu fi tmiem il-kors tagħhom. Dan hekk kif issoktaw mhux biss il-gradwazzjonijiet, iżda anke l-buscades tradizzjonali.


