Il-Ministru tad-Difiża Ġermaniż Boris Pistorius, mhux jeskludi li l-qtugħ ta’ żewġ cables taħt il-Baħar Baltiku seta’ seħħ bħala azzjoni ta’ sabutaġġ – għalkemm ma indikax f’min qed jissuspetta.
Lanqas mhu eskluż li l-qtugħ tal-cables seta’ kien parti minn sistema ta’ ‘hybrid warfare’ – sistema bbażata fuq il-metodi konvenzjonali u rregolari u li anki jinkludu azzjonijiet fuq livell ċibernetiku intiżi biex idgħajfu lil Stat partikualari.
Kien fis-sigħat bikrin tat-Tnejn li nqata’ cable għat-telekomunikazzjonijet bejn il-Finlanda u l-Ġermanja – u waqt li ma baqax jiffunzjona internet link (fuq 218-il kilometru) bejn il-Litwanja u l-Gżira ta’ Gotland, fl-Iżvezja.
L-inċidenti seħħew ukoll fi żmien ta’ tensjoni kbira mar-Russja, b’Pistorius isostni li ‘ħadd ma jemmen li l-cables setgħu nqatgħu minn xi ħaġa aċċidentali’. Dan wara li sensiela ta’ inċidenti li jinvolvu l-pipelines fir-reġjun tal-Baltiku żiedu l-inkwiet dwar is-sabutaġġ mindu l-qawwiet Russi invadew lill-Ukrajna fl-2022.
//= $special ?>