Id-deċiżjoni li ħa l-president tal-Istati Uniti Joe Biden taf twassal għal tensjoni kbira bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Dan hekk kif ir-Russja ħarġet twissija lill-Istati Uniti li jekk il-missili ‘long-range’ li ġew approvati minn Biden se jintużaw fuq ir-Russja, huma se jirritaljaw.
Joe Biden ta l-approvazzjoni tiegħu biex juntużaw missili long-range mill-Ukreni għal fuq ir-Russja, u skont il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin jekk dawn il-missili se jintużaw se jkun iffisser indħil dirett mill-Istati Uniti fuq ir-Russi.
Biden ħa din id-deċiżjon xahrejn biss qabel ma hu se jkun qed jitlaq mill-White House biex Donal Trump jibda jservi bħala President tal-Istati Uniti, però s’issa għadu mhux magħruf jekk Biden ikkonsultax ma’ Trump dwar din id-deċiżjoni.
Għadu mhux magħruf lanqas jekk Trump hux ħa jkun qed qed iwaqqaf din l-approvazzjoni dwar l-użu tal-missili long-range mill-Ukreni fuq ir-Russja jew hekk hux se jkun qed ikompli fuq ir-retorika tiegħu li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna se tispiċċa.
//= $special ?>