L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jitlob biex l-esperta tal-Qorti Miroslava Milenovic tiġi investigata kriminalment.
Skont Muscat… Milenovic li kellha rwol importanti kemm fil-Inkjesta tal-Egrant kif ukoll fl-Inkjesta ta’ Vitals, għandha tiffaċċja sensiela ta’ reati kriminali hekk kif hu qed jgħid li Milenovic mhix accountant.
Miroslava Milenovic tissemma’ 99 darba fl-Inkjesta Egrant, u kienet deskritta bħala accountant forensiku – iżda dak iż-żmien, Joseph Muscat ma kienx ilmenta dwarha.
Hija kienet preżenti wkoll diversi drabi meta x-xhieda kienu qed jixdhu fl-Inkjesta Maġisterjali ta’ Vitals li damet erba’ snin.
Din il-ġimgħa l-Avukati ta’ Muscat talbu lill-Pulizija biex jinvestigaw lil Milenovic, fuq l-allegazzjoni li Milenovic mhix kwalifikata bħala accountant.
Minn naħa tagħha, Milenoviċ qed targumenta li hi għanda 20 sena ta’ esperjenza ta’ accountant ma’ waħda mill-Big Four. U minkejja li ma għandhiex iċ-ċertifikat ta’ accountant, hija ħadmet bħala accountant internazzjonalment u ffirmat diversi kontijiet finanazjarji u kontijiet tat-taxxa.
Barra minn hekk, skont informazzjoni li faċilment hija aċċessibbli online, Milenovic hija ċertifikata bħala eżeminatriċi tal-frodi u serviet f’diversi rwoli importanti mal-Gvern fis-Serbja.
Dan filwaqt li ilha mill-2012 tagħmel parti mill-Kunsill kontra l-Korruzzjoni u fl-2015 kienet rikonoxuta mill-OSCE bħala l-persuna tas-sena.
Sorsi mill-Qorti rrimarkaw ma’ Net News kemm huwa ironiku l-fatt li Joseph Muscat… meta ħarġet tal-Egrant… ma qal xejn dwar din l-esperta. U kien biss issa li qed jilmenta, wara li ħarġet l-inkjesta iebsa dwar il-frodi tat-tliet sptarijiet – każ ta’ serq ta’ miljuni u konfoffa kriminali, li fih hemm implikati wkoll Keith Schembri, Konrad Mizzi, Brian Tonna, Karl Cini, Chris Fearne u Edward Scicluna.
//= $special ?>