“Il-bdiewa qed jitilfu l-uċuħ (tar-raba’) minħabba n-nixfa kbira li rajna f’Malta u qed jonfqu flejjes kbar fuq xiri ta’ ilma. B’dan il-pass il-biedja Maltija ma tistax tikkompeti. Hemm bżonn li l-Ewropa tifhem dan u tadatta l-kriterji biex Malta tkompli tipproduċi prodott frisk u lokali”.
Għadni kif tkellimt fil-Kumitat tal-Agrikoltura fil-Parlament Ewropew fejn tlabt lill-Kummissjoni Ewropea għal għajnuna diretta għan-nixfa f’Malta.”
Ħafna bdiewa f’Malta u Għawdex qed jispiċċaw jonfqu flejjes kbar fuq ilma biex ma jitilfux l-uċuħ. Dan naqqas id-dħul tagħhom u d-disponibiltà ta’ prodott frisk lokali. In-nixfa kbira qiegħda wkoll taqta’ qalb bdiewa żgħażagħ biex jidħlu għal dan il-mistier importanti għas-soċjetà kollha.
“Illum tlabt lill-Kummissjoni Ewropea tieħu kont tar-realtà tal-biedja f’Malta li s-sena l-oħra kellha 249mm xita, u ċioè ekwivalenti għal deżert. Għalhekk tlabt lill-Kummissjoni tiftaħ il-fondi addizzjonali għal kumpens għan-nixfa f’Malta.”
L-MEP Peter Agius qal dan fil-Kumitat tal-Agrikoltura fil-Parlament Ewropew waqt diskussjoni dwar fondi Ewropej li jikkumpensaw it-telf tal-bdiewa f’diżastri naturali.
Skont Regolament ġdid Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħti flessibbiltà lill-pajjiżi biex jagħtu kumpens lil bdiewa għal telf ta’ uċuħ. L-MEP Peter Agius ħeġġeġ lill-Gvern Malti biex Malta tapplika dan ir-Regolament li jagħmila possibbli li l-bdiewa jieħdu sa massimu ta’ €42,000 f’kumpens għal telf li jkunu ġarrbu minħabba nixfa. Dawn il-flus jittieħdu minn fondi Ewropej li ma ġewx allokati qabel u li jkunu ser jintilfu.
//= $special ?>