Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Il-libertà trid teħodha int u mhux jagħtihielek xi ħadd” – Lou Bondi

Fi PROFILI tal-lejla l-mistieden se jkun Lou Bondi, fejn filwaqt li matul il-programm se nsiru nafu aktar dwar il-profil u dak li sawru matul is-snin, se jkollna diskussjoni dwar ix-xandir f’pajjiżna u s-sitwazzjoni kurrenti b’rabta wkoll mal-ġurnaliżmu u l-libertà tal-istampa.

Fl-istess waqt ukoll se nreġġgħu lura wħud mill-esperjenzi ta’ Lou Bondi fix-xandir u anki tal-programm BONDI +. Miegħu se nitkellmu wkoll dwar it-twaqqif ta’ Radio 101, kif ukoll Where’s Everybody.

Ma’ Lou Bondi se jkunu trattati wkoll Għawdex kif ukoll l-imħabba li għandu lejn il-mużika.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela u se jkun qed jixxandar illejla fit-8.30pm fuq NET TV.