Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Belt Valletta kien arrestat wara li nstabu fil-pussess tiegħu numru ta’ qratas b’sustanza suspettata kokaina u eroina flimkien ma’ pakketti bi droga suspettata ta’ ħaxixa tal-kannabis.
Waqt kontrolli tat-traffiku li saru l-Ħadd waranofsinhar fi Triq Giuseppe Garibaldi, Raħal
Ġdid, kien hemm xufier f’vettura li malli lemaħ lill-Pulizija, saq b’lura f’daħla ta’ għalqa. Kien hemmhekk li x-xufier twaqqaf.
Minnufih l-uffiċjali resqu lejn il-vettura, u x-xufier qalilhom li huwa ma kellux liċenzja tas-sewqan.
Minħabba suspett raġjonevoli, saret tfittxija fil-vettura, fejn il-Pulizija sabet żewġ pakketti bi
droga suspettata ħaxixa kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Sussegwentament waqt li l-uffiċjali kienu ser jagħmlu tfittxija fuq ir-raġel, huwa ħareġ żewġ
boroż li kienu moħbija fil-qalziet u waddabom f’ġiebja li kienet biswit l-għalqa. Dawn immedjatament inġabru mill-Pulizija, fejn fil-boroż instabu numru ta’ qratas b’sustanza bajda u kannella suspettati kokaina u eroina.
Ir-raġel ġie arrestat u qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:30 quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.
//= $special ?>