Lokali Temp

Riħ qawwi u temperaturi kesħin għal tmiem il-ġimgħa

Minn nhar is-Sibt, se nduqu togħma żgħira tal-istaġun xitwi hekk kif it-temperaturi se jibdew niżlin u t-temp se jkun qed jiksaħ.

Jirriżulta li minn tmiem il-ġimgħa, se jibda jkollna temperaturi li jmissu qrib it-12-il grad. Apparti minn hekk, se jkollna jiem li fihom ir-riħ se jlaħħaq qawwa ta’ Forza 6.

Il-Ħamis huwa mbassar li jkollna maltempata bix-xita, filwaqt li fil-jiem ta’ wara se jippersisti r-riħ qawwi.

Dawn l-elementi xitwin żgur li se jgħinu biex bil-mod il-mod nibdew deħlin aktar fl-atmosfera tal-Milied, hekk kif ħafna familji diġà bdew iżejnu d-djar tagħhom għal żmien il-festi, minkejja li fadal aktar minn xahar għall-festa tal-Milied.