Sport

Spanja jkomplu jirbħu waqt li San Marino jkunu s-sorpriża tal-UEFA Nations League

Meta tkompla jintlagħab aktar logħob mill-UEFA Nations League, Spanja kompliet tirbaħ waqt li l-Portugall kienu miżmuma mill-Kroazja. Is-sorpriża tal-kompetizzjoni jkunu San Marino li għall-ewwel darba fl-istorja kisbu promozzjoni diretta.

League A Grupp 1

Kroazja    1      Portugall     1

Fit-33 minuta minn azzjoni ta’ Vitinha kien JOAO FELIX li għeleb lil Dominik Livakovic biex poġġa lil Portugall fil-vantaġġ. Fis-66 minuta minn pass ta’ Kristjan Jakic kien JESKO GVARDIOL li għeleb lil Josè Sa għal 1 – 1.

League A  Grupp 4

Spanja  3    Żvizzera  2

Fit-32 minuta Spanja setgħu fetħu l-iskor.  Wara foul ta’ Ricardo Rodriguez fuq Morata, minn penalty Pedri kellu x-xutt salvat iżda mill-azzjoni ta’ wara kien VEREMY PINO li għeleb lil Yvon Mvogo.

Fit-32 minuta l-iskor sar 1 – 1 wara li JOEL MONTEIRO għeleb lil Alex Remiro. Fit-68 minuta Spanja marru fil-vantaġġ permezz ta’ BRYAN GIL. Fil-85 minuta Żvizzera kisbet il-gowl tad-draw wara li minn penalty ANDI ŻEQIRI għeleb lil Remiro. Fit-93 minuta kien BRYAN ZENAGORA li bit-tielet penalty tal-ġurnata għalaq il-partita 3 – 2

League D Grupp 1

Liechtenstein 1      San Marino    3

Riżultat li jispikka l-aktar għaliex San Marino mhux biss rebħu, izda b’7 punti telgħu fl-ewwel post u għall-ewwel darba fl-istorja kisbu l-promozzjoni diretta għal League C fl-edizzjoni li jmiss. B’tim magħmul kollu mill-plejers tal-lokal li jilagħbu f’kampjonat modest, it-tim immexxi minn Roberto Cevoli, San Marino, huma s-sorpriża tal-kompetizzjoni.

Fl-40 minuta Liechtenstein fil-vantaġġ permezz ta’ ARON SELE li għeleb lil Edoardo Colombo. Riżultat ta’ 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fis-46 minuta minn azzjoni ta’ Andrea Contadini kien LORENZO LAZZARI li għeleb lil Buchel 1 – 1. Fis-66 minuta minn penalty kien NICOLA NANNI li poġġa lil San Marino fil-vantaġġ sabiex fis-76 minuta ALESSANDROI  GOLINUCCI għeleb mill-ġdid lil Benjamin Buchel 3  – 1.