Raġel ta’ 46 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tad-09:30 fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, meta għal x raġuni seħħet ħabta bejn Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Imġarr, u mutur Piaggio misjuq mill-vittma raġel ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal
kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>