Iktar kmieni llum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kellu laqgħa mal-għaqda mhux governattiva, Duke of Edinburgh International Award Malta Foundation fejn iddiskutew l-importanza li nieħdu ħsieb lill-ġenerazzjoni l-ġdida hekk kif dawn isawru s-soċjetà Maltija.
Il-Fondazzjoni taħdem sabiex tfal u żgħażagħ, b’mod speċjali dawk li jgħixu bi sfidi soċjali, jassiguraw li jmorru lil hinn mill-aspettattivi biex b’hekk jibnu sens ta’ riżeljenza. Fil-fatt, it-tagħlim li jieħdu mhux kif normalment nafu fil-klassijiet tal-iskejjel; iżda jakkwistaw kwalitajiet li jistgħu jużaw għall-ħajjithom.
Bernard Grech irringrazzjahom tax-xogħol siewi li jwettqu fis-soċjetà tagħna u anke rringrazzja lill-professjonisti f’dan il-qasam. Xogħol siewi b’mod speċjali favur il-familji Maltin u Għawdxin li jgħinu lil dawk li m’għandhomx vuċi u jsofru fil-kwiet.
Quddiem dan il-fatt, huwa wiegħed li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jgħin lil din l-għaqda u għaqdiet oħra li jeħtieġu vuċi akbar. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ix-Shadow Ministers David Agius u Graziella Galea.
//= $special ?>