Minn żmien għal żmien, Mistura jagħtuna xi ħaġa ġdida b’doża tajba. Wara nuqqas ta’ erba’ snin. Mistura qed jirriturnaw b’kanzunetta ġdida, il-karba għall-kwiet u s-sliem wara ġurnata fil-ġenn, storbju u tensjoni. Iġġib l-isem ta’ ‘Grazzi bil-Quddiem’, kanzunetta bil-Malti bħal kanzunetti kollha l-oħra ta’ Mistura.
Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’il hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Mistura ħarġu tliet studio albums, li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014), “Regħbus” (2018) u MMXX (2020) flimkien ma’ album live bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” (2016).
Aktar tagħrif ara misturamalta.com
//= $special ?>