Internazzjonali

Il-funeral ta’ Liam Payne se jsir illum

Il-funeral tal-istilla ta’ One Direction, Liam Payne, se jsir illum, ftit aktar minn xahar wara li miet fl-età ta’ 31 sena.

Sħabu tal-band huma fost dawk mistennija li jattendu għas-servizz privat, flimkien mal-familja tiegħu u ħbieb tiegħu.

Il-mużiċist miet tliet ġimgħat ilu wara li waqa’ minn gallarija fit-tielet sular ta’ lukanda fi Buenos Aires, l-Arġentina.

L-awtopsja kkonfermat li Payne sofra ġrieħi trawmatiċi b’riżultat tal-waqgħa.

Payne kien wieħed mill-ismijiet l-aktar rikonoxxibbli fil-mużika pop wara li l-band ħadet il-fama waqt il-parteċipazzjoni tagħha fuq X Factor fis-sena 2010.