Il-Professjonisti Maltin ikkundannaw id-diskors tal-Minsitru Clayton Bartolo u ddeskrivuh bħala wieħed irresponsabbli wara li f’kummenti mal-ġurnalisti fil-jiem li għaddew saħaq li “id-degrees u d-diplomas mhux kollox” biex taħdem fis-settur pubbliku.
Fi stqarrija l-Malta Federation of Professional Associations ħarġu jikkritikaw bl-aħrax dan id-diskors fid-dawl tal-aħħar skandlu fi ħdan il-Gvern Laburista li fih hemm imdaħħal kemm il-Minsitru Clayton Bartolo kif ukoll il-Ministru Clint Camilleri, b’rabta mal-impjieg ta’ konsulenza li ngħata lill-issa mara ta’ Bartolo, Amanda Muscat.
F’ġieħ is-sewwa, u l-prinċipji tal-professjonalità l-MFPA insistiet sabiex verament tkun imħarsa l-meritokrazija u għaldaqstant, dawk li jfasslu l-istrateġiji tal-pajjiż, il-konsulenti, u dawk kollha li jpoġġu madwar il-mejda tad-deċiżjonijiet għandhom ikollhom il-kwalifiċi akkademiċi neċessarji flimkien mal-esperjenza bil-għan li l-istandards jintlaħqu.
L-MFPA saħqet li ilha b’mod konsistenti tappella li għandha tħassib serju b’rabta mat-tnaqqis tal-istandards fl-edukazzjoni u s’intendi xeħtet dawl fuq prattiċi suspettużi fejn jidħol l-impjegar ta’ nies ma’ Ministeri…mingħajr ma jkollhom l-kwalifiċi jew l-esperjenza neċessarji.
Dan filwaqt li ġie spjegat li l-kummenti tal-Ministru Bartolo huma rresponsabbli u jiskreditaw il-bżonn li l-istudenti jkompli jimirħu fl-edukazzjoni akkademika tagħhom.
Din l-istqarrija kienet iffirmata minn;
Association of Speech-Language Pathologists (ASLP)
Association of Podiatrists (APM)
Malta Association of Professional Conservators and Restorers (MAPCo-Re)
Chamber of Engineers (CoE)
Dental Association of Malta (DAM)
Kamra tal-Periti (KTP)
Malta Chamber of Pharmacists (MCOP)
Malta Chamber of Psychologists (MCP)
Malta Association for the Counselling Profession (MACP)
Malta Association of Occupational Therapists (MAOT)
Malta Association of Physiotherapists (MAP)
Malta Veterinary Association (MVA)
Maltese Association of Social Workers (MASW)
Medical Association of Malta (MAM)
Society of Medical Radiographers (SRM)
The Maltese Association of Youth Workers (MAY)
//= $special ?>