Il-President Amerikan, Joe Biden approva li jipprovdi lill-Ukrajna b’mines għal kontra n-nies sabiex jiddefendu ruħhom mill-attakki Russi.
Dawn il-mines għandhom l-iskop li jintużaw fit-territorji Ukreni filwaqt li kkommettew ruħhom li dawn ma jintużawx f’zoni fejn jgħixu ċ-ċivili.
Fil-passat, l-Ukrajna kienet irċiviet mines għal kontra tankijiet tal-gwerra li saru mill-Amerikani bl-istess skop li jitwaqqfu l-forzi Russi milli jaslu lejn zoni Ukreni.
Dawn il-mines, b’differenza għal dawk li kienu jsiru fil-passat, għandhom funzjoni li wara perjodu ta’ żmien ma jibqgħux attivati u b’hekk ma jispoldux wara li tispiċċalhom il-batterija. Dan sabiex l-ebda persuna fil-futur ma tkun f’riskju għal ħajjitha jekk tgħaddi minn dawn iz-zoni ta’ gwerra.
//= $special ?>