Futbol Sport

Malta tikkuntenta bi draw ma’ Andorra u tistenna l-playoffs

Il-bieraħ intlgħabu disa’ partiti oħra mill-UEFA Nations League. Malta kkuntentat bi draw ma’ Andorra u issa tistenna l-playoffs tal-kompetizzjoni, bit-tama li tirbaħ.

League A : Grupp 3

Bosnia & Herzegovina 1  Olanda   1

Ungerija 1 Ġermanja  1

League B : Grupp 1

Albanija 1 Ukrajna  2

Rep. Ceka 2    Ġeorġja   1

League B : Grupp 4

Montenegro 3   Turkija   1

Wales 4 Iżlanda  1

League C : Grupp 1

Slovakkja 1 Estonja   0

Żvezja 6  Azerbaijan  0

League D : Grupp 2

Malta 0  Andorra   0 

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali:

League D – Grupp  2 – Rawnd ta’ kwalifikazzjoni

Malta     0      Andorra    0

Fl-aħħar partita fil-Grupp, Malta naqset li tikseb it-tliet punti biex almenu tilħaq lil Moldova fl-ewwel post sabiex temmet din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League bit-tama li titla’ fit-tielet kategorija billi tirbaħ il-playoff f’Marzu 2025.

Malta kienet fuq l-offensiva fil-11-il minuta, b’xutt ta’ Joseph Mbong minn azzjoni ta’ Trent Buhagiar.

Fis-17-il minuta daqqa ta’ ħarta għat-tim ta’ Davide Mazzotta wara li tkeċċa Gabriel Mentz b’karta ħamra diretta għal foul fuq Albert Rosas.

Andorra kellhom ċans biex jiskorjaw fis-27 minuta meta Rosas minn azzjoni ta’ Olivera, ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, freekick ta’ Teddy Teuma li wara li twaqqa’ minn  Eric De las Heras ra l-freekick tiegħu stess ikun imblukkat mid-difiża ta’ Andorra. Azzjoni ta’ Myles Beerman lejn Matthew Guillaumier bit-tentattiv salvat minn  Alvarez.

Fil-65 minuta, Andorra setgħu marru fil-vantaġġ bix-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Rosas, salvat minn Henry Bonello. Sitt minuti wara, Bonello reġa’ kien prominenti meta salva tentattiv ta’ Cervos.

Fid-89 minuta, Rosas fl-aħħar azzjoni tal-partita, kellu x-xutt angolat fil-baxx li għadda jħakkek mal-lasta ta’ Bonello.

Ir-referee tal-partita kien Luka Bilbija (Bosnija Herzegovina)

League A : Grupp 3

Bosnija Herzegovina      1         Olanda    1

Fid-29 minuta, l-Olanda marru fil-vantagg permezz ta’ BRIAN BROBBEY li minn azzjoni ta’ Noa Lang għeleb lil Martin Zlomislic. Riżultat ta’ 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fid-69 minuta Bosnija Herzegovina meritatament kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ ERMEDIN DEMIROVIC li minn azzjoni ta’ Ediz Dzeko għeleb lil Mark Flekken għal 1 – 1

Ungerija      1        Germanja   1

Fil-Puskas Arena, f’Budapest, il-Ġermanja baqgħet mhux megħluba fil-grupp. Riżultat ta’ 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fis-76 minuta l-Ġermanja marret fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Nico Schlotterbeck kien FELIX NMECHA li għeleb lil Denes Dibusz. Il-gowl tad-draw għall Ungerija wasal fid-99 minuta wara li minn penalty Dominik Szoboszlai għeleb lil Alexander Nubel. 

League B : Grupp 4:

Cardiff City Stadium

Wales     4           Iżlanda   1

Wara tmien minuti l-Iżlanda fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Orri Oskarsson kien ANDRI GUDJOHNSEN li għeleb lil Danny Ward. Reazzjoni minn Wales li fit-32 minuta kisbu l-gowl tad-draw.Pass ta’ Brennan Johnson lejn LIAM CULLAN li għeleb lil Hakon Valdimarsson. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima kien mill-ġdid LIAM CULLAN li minn azzjoni ta’ Daniel James poġġa lil Wales fil-vantaġġ. Fil-65 minuta l-iskor sar 3 – 1 b’gowl ta’ BRENNAN JOHNSON minn azzjoni ta’ Cullan.Fis-79 minuta Wales kabbru l-iskor meta minn azzjoni oħra ta’ Cullan kien HARRY WILSON  li għeleb lil Valdimirsson.

Estadio Alberto Jose’ Armando fi Buenos Aires

Argentina    1     Perù   0

Rebħa li permezz tagħha l-Argentina saħħet postha fl-ewwel post fil-klassifika b’25 punt fi tmiem it-12 il-gurnata b’mod li fetħet vantaġġ ta’ ħames punti fuq Urugwaj.

Il-gowl deċiżiv kien skorjat fil-55 minuta meta minn azzjoni ta’ Lionel Messi kien LAUTARO MARTINEZ li għeleb lil Pedro Gallese.

ReplyForwardAdd reaction