Lokali

Nagħtu s-saħħa lill-awturi u pubblikaturi Maltin – L-MEIA dwar il-Malta Book Festival 2024


L-Industrija Maltija tad-Divertiment u tal-Arti (MEIA) qasmet it-tħassib tagħha dwar żewġ kwistjonijiet tal-Fiera tal-Ktieb ta’ din is-sena u qalet li filwaqt li qed tesprimi r-rikonoxximent għas-suċċess tal-festival ta’ din is-sena – li ġabar flimkien firxa diversa ta’ udjenzi, vuċijiet u perspettivi – trattat ukoll it-tħassib dwar il-book dumping u dwar il-prijiorità lill-awturi Maltin. L-MEIA qalet li dan it-tħassib mhux biss huwa kruċjali għall-futur tal-festival iżda wkoll għall-iżvilupp kontinwu tas-settur.

L-MEIA qalet li wara diversi diskussjonijiet mal-partijiet interessati fil-komunità letterarja, l-fenomenu tal-‘book dumping’ qiegħed itellejirriħulta f lill-pubblikaturi Maltin. Qed joħloq kompetizzjoni mhux xierqa għall-prodott Malti ta’ kwalità u temmen li postu mhux fil-Festival tal-Ktieb li għandu jippromwovi l-kwalità tal-ktieb Malti. Jixtiequ jaraw Festival tal-Ktieb aktar mirqum, fejn
il-prijorità għandha tkun il-kwalità u mhux il-kwantità. B’hekk biss nistgħu nkomplu nikbru f’dan
is-settur.

Ilmentat ukoll li filwaqt li hu tajjeb li jinġiebu awturi barranin, irridu noqogħdu attenti li l-awturi Maltin jingħataw prijorità akbar fil-festival. Fejn għandek awturi Maltin ta’ kalibru ejja ninvestu aktar fihom, milli
ninvestu ammonti kbar ta’ flus f’xi ħadd barrani li għalkemm se jagħtik għerf uniku mill-esperjenza tiegħu, l-awturi Maltin ukoll jistgħu joffru dan fuq diversi livelli.

L-MEIA enfasizzat mill-ġdid li huwa tajjeb li jinġiebu awturi ta’ kalibru internazzjonali, imma huwa fundamentali wkoll li ninvestu fl-awturi tagħna – bilanċ fl-investiment li qed isir bejn
il-lokal u l-barrani.