Biex tassigura ħajja ta’ suċċess trid tistinka għal kwalifiċi.
Mill-banda l-oħra, dwar min se jerfa’ responsabbiltà wara li taw €70,000 lil Amanda Muscat f’konsulenza, b’żewġ A-levels u Diploma… għandna nistennew li jitlaqqa’ l-kumitat… u nanalizzaw l-eżitu.
Dan dejjem skont il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima hekk kif meta l-Erbgħa filgħodu kien mistoqsi jaqbilx mad-dikjarazzjoni ta’ Clayton Bartolo… li d-degrees mhux kollox, Grima b’mod mill-aktar kawt fl-ebda mument ma qabel mal-kollega tiegħu.
Dikjarazzjoni li qajmet għagħa mhux ħażin qalb, l-istudenti u l-akkademiċi – dikjarazzjoni li ħolqot diviżjoni akbar fost il-membri tal-Grupp Parlamentari tal-Labour.
Mistoqsi jekk sħabu Jonathan Attard u Andy Ellul hux se jivvotaw skont l-etika, jew skont l-interessi tal-Labour – Clifton Grima qal li mhux se jispekula. U ħeġġeġ lill-pubbliku jistenna r-rakkomandazzjonijiet.
Net News staqsa b’insistenza min se jkun qiegħed jerfa’ responsabbiltà lil hinn mill-Kumitat li se jitlaqqa’ l-Ħamis, partikolarment minħabba l-fatt li xi persuna jew persuni taw €70,000 lil Muscat – meta diġà kien fatt magħruf li kienet qed taqla’ €62,000 għal xogħol ta’ konsulenza waqt li taħdem bħala Assistenta Personali.
Madanakollu, Grima baqa’ jaħrab milli jwieġeb.
Mistoqsi jekk dan jirriflettix nuqqas ta’ governanza tajba min-naħa tal-Gvern ta’ Abela u x’messaġġ qed jasal hemm barra, il-Minsitru Grima baqa’ jinsisti dwar il-ħtieġa li l-istudenti jkomplu jistinkaw għall-istudji tagħhom – botta ċara u tonda għad-dikjarazzjoni li għamel sieħbu Clayton Bartolo ftit tal-jiem ilu.
//= $special ?>